Kontenut tal-PaġnaKontenut tal-Paġna Iċ-Ċentru tal-Viżitaturi tal-Kummissjoni EwropeaIċ-Ċentru tal-Viżitaturi tal-Kummissjoni Ewropea, li hu bbażat fi Brussell, jipprovdi lill-pubbliku b’għarfien dwar kif taħdem il-Kummissjoni Ewropea u l-politiki u l-prijoritajiet tagħha. Dwar iċ-Ċentru tal-ViżitaturiIċ-Ċentru tal-Viżitaturi tal-Kummissjoni Ewropea fi Brussell jorganizza programmi ta’ żjarat għal gruppi mill-Istati Membri kollha tal-UE u mid-dinja kollha. Il-viżitaturi jinkludu rappreżentanti tan-negozju, gvern lokali, ġurnalisti, politiċi u studenti. Il-gruppi viżitaturi jistgħu jiskopru r-rwol tal-Kummissjoni u jisimgħu dwar il-politiki ewlenin tagħha mill-istaff tal-Kummissjoni.Jekk jogħġbok innota li ċ-Ċentru tal-Viżitaturi ma jorganizzax żjarat iggwidati fil-bini tal-Kummissjoni, jew żjarat għall-individwi. Viżitaturi individwali huma mistiedna jżuru Experience Europe.Żjarat fi gruppiTipi ta’ żjarat: Huma disponibbli żjarat ġenerali, ta’ informazzjoni speċifika u mfassla apposta. Ara hawn taħt għal aktar dettalji u kif tapplikaDaqs tal-grupp: 15 - 100 persuna (għal żjara fiżika). Tal-anqas 10 persuni (għal żjara virtwali) L-ebda żjara individwali.Rekwiżit ta' riżervazzjoni bil-quddiem: minimu ta’ 10 ġimgħat (għal żjara fiżika) u 7 ġimgħat (għal żjara virtwali)Disponibbiltà: Iż-żjarat fi gruppi huma disponibbli mit-Tnejn sal-Ġimgħa. Iċ-Ċentru tal-Viżitaturi hu magħluq fi tmien il-ġimgħa u fil-vaganzi pubbliċi Belġjani, kif ukoll f’ċerti vaganzi tal-istituzzjonijiet tal-UE.Konferma: Għandek tirċievi konferma fi żmien ġimagħtejn minn meta tkun bgħatt it-talba tiegħek, inklużi d-dettalji ta’ kuntatt tal-persuna li tkun qed tieħu ħsieb iż-żjara tiegħek. Jekk le, jekk jogħġbok ibgħat email lil COMM-VISIT-REQUESTSec [dot] europa [dot] eu (COMM-VISIT-REQUESTS[at]ec[dot]europa[dot]eu).Prezz: Bla ħlasEtà minima tal-viżitaturi: 15Lingwa: Il-lingwi kollha tal-UE – għidilna l-preferenza tiegħek meta tapplika.Identifikazzjoni: Trid turi passaport jew karta tal-identità nazzjonali biex tidħol fil-bini (il-liċenzja tas-sewqan mhix aċċettata).Kanċellazzjoni: Jekk jogħġbok avżana tal-inqas ġimagħtejn qabel iż-żjara tiegħek fuq COMM-VISIT-REQUESTSec [dot] europa [dot] eu (COMM-VISIT-REQUESTS[at]ec[dot]europa[dot]eu), u inkludi n-numru taż-żjara tiegħek.F’każ li tasal tard, hemm ċans li ż-żjara tiegħek titħassar. Il-gruppi jistgħu jikkombinaw ukoll il-vjaġġ tagħhom lejn Brussell ma’ żjara f’Experience Europe, iċ-ċentru tal-wirjiet tal-Kummissjoni Ewropea. Experience Europe jilqa’ lil kulħadd, inklużi viżitaturi individwali, f’ambjent interattiv. Hu jinsab mar-roundabout Schuman, 300m miċ-Ċentru tal-Viżitaturi. Agħmlu parti miż-żjara tiegħek fil-kwartieri ġenerali tal-UE!Itlob żjaraIż-żjarat jistgħu jsiru, fiżikament, fi Brussell, jew virtwalment, inklużi żjarat ibridi.Hemm 3 tipi differenti ta’ żjarat fi grupp.When you apply for one of the 3 types of group visit, you will be asked to either create an “EU Login” account or log in to your existing account. Se tidher stqarrija ta’ privatezza li tispjega kif se tiġi pproċessata d-data personali tiegħek fit-tmiem tal-proċess ta’ validazzjoni.1. Żjara ta' informazzjoni ġenerali – 90 minutaPreżentazzjoni dwar ir-rwol tal-Kummissjoni Ewropea fi ħdan l-UE segwita minn sessjoni ta' mistoqsijiet u tweġibiet.Maħsuba għal persuni, bħal studenti tal-iskejjel sekondarji, li ftit li xejn għandhom għarfien dwar l-UE.Applika hawnhekk2. Żjara ta’ informazzjoni speċifika – sagħtejn u nofsIntroduzzjoni dwar ir-rwol tal-Kummissjoni Ewropea fl-UE segwita minn preżentazzjoni dwar politika speċifika tal-UE ta’ interess dirett għall-grupp.Maħsuba għal studenti universitarji u gruppi b'interess speċifiku.Applika hawnhekk 3. Żjara mfassla apposta – sa jumProgramm imfassal apposta skont l-interessi tal-grupp. Din iż-żjara tista' tikkonsisti f’introduzzjoni tar-rwol tal-Kummissjoni Ewropew fi ħdan l-UE segwita minn massimu ta’ 4 preżentazzjonijiet dwar politiki speċifiċi tal-UE mogħtija minn uffiċjali tal-Kummissjoni li jittrattaw il-kwistjonijiet involuti.Maħsuba għal ġurnalisti, parlamenti u gvernijiet nazzjonali, reġjonali u lokali, assoċjazzjonijiet tan-negozju, professjonisti fis-settur pubbliku u dak privat, trade unions u akkademiċi.L-istudenti postuniversitarji u tar-riċerka jiġu offruti programm ta’ nofs ġurnata, biss.Applika hawnhekk Gallerija tar-Ritratti European Commission Visitors' CentreEuropean Commission Visitors' CentreVisit of LISD Student Associates - Princeton University, to the European Commission (17-18.10.2022)Visit of LISD Student Associates - Princeton University, to the European Commission (17-18.10.2022)Visit of LISD Student Associates - Princeton University, to the European Commission (17-18.10.2022)Visit of LISD Student Associates - Princeton University, to the European Commission (17-18.10.2022)Visit of LISD Student Associates - Princeton University, to the European Commission (17-18.10.2022)Visit of LISD Student Associates - Princeton University, to the European Commission (17-18.10.2022)Visit of LISD Student Associates - Princeton University, to the European Commission (17-18.10.2022)Visit of LISD Student Associates - Princeton University, to the European Commission (17-18.10.2022)Visit of LISD Student Associates - Princeton University, to the European Commission (17-18.10.2022)Visit of LISD Student Associates - Princeton University, to the European Commission (17-18.10.2022)Visit of LISD Student Associates - Princeton University, to the European Commission (17-18.10.2022)Visit of LISD Student Associates - Princeton University, to the European Commission (17-18.10.2022)Visit of LISD Student Associates - Princeton University, to the European Commission (17-18.10.2022)Visit of LISD Student Associates - Princeton University, to the European Commission (17-18.10.2022)visitors_centre_entrance.jpgvisitors_centre_entrance.jpgvisitors_centre_timeline.jpgvisitors_centre_timeline.jpgEuropean Commission Visitors' Centre - Meeting roomEuropean Commission Visitors' Centre - Meeting roomAgħlaq Post u aċċess IndirizzIċ-Ċentru tal-Viżitaturi tal-Kummissjoni EwropeaIl-bini CharlemagneRue de la Loi 1701040 BrussellIl-Belġju Xi drabi ż-żjarat jistgħu jseħħu f’postijiet oħrajn. Iċċekkja l-konferma tiegħek.DħulFil-kantuniera ta’ Rue de la Loi u Rue du Taciturne.Trasport pubblikuNirrakkomandaw b’mod qawwi li tużaw it-trasport pubbliku biex tiġu fiċ-Ċentru tal-Viżitaturi. L-eqreb post fejn tieqaf hu “Schuman” u tista’ tasal hemm bil-metro, bil-karozza tal-linja u bil-ferrovija. Meta toħroġ mill-istazzjon tal-metro, segwi s-sinjali ta’ ħruġ “Berlaymont”.Hu disponibbli parkeġġ apposta għall-karozzi tal-linja f’Rue du Taciturne (fuq il-lemin tiegħek meta ddur minn Rue de la Loi).Parkeġġ tar-roti ħdejn iċ-Ċentru għall-ViżitaturiGħall-viżitaturi li jaslu bir-rota, hemm diversi għażliet konvenjenti ta’ parkeġġ madwar ir-roundabout Schuman u qrib l-istazzjon tal-metro Schuman. Ir-racks tar-roti huma disponibbli wkoll tul Rue de la Loi/Wetstraat u Boulevard Charlemagne/Karel de Grotelaan.Skrinjar ta’ sigurtàBiex tidħol fiċ-Ċentru tal-Viżitaturi, għandek turi karta tal-identità nazzjonali jew passaport (il-liċenzja tas-sewqan mhix aċċettata). Għandek ukoll tgħaddi bla problemi minn ditettur tal-metall simili għal dawk fl-ajruport, u l-proprjetà personali tiegħek se tgħaddi minn makkinarju tal-x-ray.AċċessibbiltàIċ-Ċentru tal-Viżitaturi hu aċċessibli għas-siġġijiet tar-roti. Jekk jogħġbok indika l-ħtiġijiet tiegħek fuq il-formola tal-applikazzjoni.FaċilitajietIl-WiFi hu disponibbli fiċ-Ċentru tal-Viżitaturi. Kuntatt EmailCOMM-VISIT-REQUESTSec [dot] europa [dot] eu (COMM-VISIT-REQUESTS[at]ec[dot]europa[dot]eu) Żur istituzzjonijiet oħrajn Żur istituzzjonijiet, korpi u aġenziji oħrajn tal-UEKif iżżur istituzzjonijiet oħrajn tal-UE fi Brussell, Strasburgu, il-Lussemburgu u Frankfurt. Dokumenti 16 SETTEMBRU 2024Data protection notice for visitors to the European CommissionLingwi oħrajn (3)Deutsch(238.43 KB - PDF)Iddawnlowdjafrançais(245.28 KB - PDF)IddawnlowdjaNederlands(234.58 KB - PDF)Iddawnlowdja
Żur istituzzjonijiet, korpi u aġenziji oħrajn tal-UEKif iżżur istituzzjonijiet oħrajn tal-UE fi Brussell, Strasburgu, il-Lussemburgu u Frankfurt.