Kontenut tal-PaġnaKontenut tal-Paġna Meta tressaq petizzjoni Tista’ titlob lill-Parlament Ewropew biex jinvestiga kwistjoni li taffettwak, jew tilmenta dwar kif qed tiġi applikata liġi tal-UE. Din tissejjaħ petizzjoni. Il-Parlament Ewropew se jħares lejn il-kwistjoni u jerġa’ lura għandek bis-sejbiet tiegħu. Min jista’ jibda petizzjoni? kwalunkwe ċittadin tal-UE kull min jgħix f’pajjiż tal-UE kwalunkwe kumpanija, organizzazzjoni jew assoċjazzjoni li għandha l-kwartieri ġenerali tagħha f’pajjiż tal-UE Il-petizzjoni tiegħek trid tikkonċerna wieħed mill-oqsma ta’ politika tal-UE. Tista’ tressaq il-petizzjoni tiegħek individwalment, jew bħala grupp. Ma hemm ebda numru minimu ta’ firem. Kif toħloq jew tiffirma petizzjoni Qabel ma tibda petizzjoni, iċċekkja li l-kwistjoni tiegħek mhix diġà koperta minn petizzjoni eżistenti. Hemm żewġ modi kif toħloq petizzjoni: Online Irreġistra fil-Portal tal-Petizzjonijiet u segwi l-istruzzjonijiet. 2. Bil-posta Tista’ wkoll tibgħat il-petizzjoni tiegħek bil-posta. Ma hemm ebda formola x’timla – iżda trid tinkludi: ismek in-nazzjonalità l-indirizz il-firma Ibgħat il-petizzjoni tiegħek lil: Chair of the Petitions Committee Indirizz: European Parliament, 1047 Brussels, Belgium