Kontenut tal-PaġnaKontenut tal-Paġna Rwoli prinċipali fil-qasam tar-relazzjonijiet internazzjonali Il-Kummissjoni Ewropea għandha rwol prinċipali fit-tfassil tal-politika tal-iżvilupp u fit-twassil tal-għajnuna mad-dinja kollha. Fl-isfera internazzjonali, hi tgħin biex jiġu nnegozjati ftehimiet ta’ kooperazzjoni għall-iżvilupp u hi rappreżentata mid-delegazzjonijiet tal-UE fid-dinja kollha. Żvilupp internazzjonali u l-għajnuna Il-Kummissjoni Ewropea hi responsabbli għat-tfassil tal-politika tal-iżvilupp Ewropew u għat-twassil tal-għajnuna mad-dinja kollha bl-aktar mod effettiv possibbli.Hi tiżgura wkoll li l-UE hi rappreżentata fl-isfera internazzjonali fi kwistjonijiet ta’ politika tal-iżvilupp u fin-negozjar tal-ftehimiet dwar kwistjonijiet tal-iżvilupp internazzjonali. Għal dan il-għan, taħdem mill-qrib ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali bħan-Nazzjonijiet Uniti u l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku jew fihom, u f’raggruppamenti informali bħall-Grupp ta’ Sebgħa (G7) u l-Grupp ta' Għoxrin (G20).Skopri aktar dwar kif il-Kummissjoni tippjana u tipprijoritizza l-għajnuna għall-iżvilupp. Relazzjonijiet ma’ pajjiżi mhux tal-UE L-UE żżomm relazzjonijiet u sħubijiet ma’ pajjiżi mhux tal-UE, kemm fil-livell bilaterali kif ukoll dak reġjonali. Bħala attur internazzjonali, hi tikkontribwixxi wkoll għal diversi temi u strateġiji globali u hi membru attiv ta’ bosta organizzazzjonijiet u fora internazzjonali.Fittex skont il-pajjiż jew l-organizzazzjoniRelazzjonijiet mar-Renju UnitOsservazzjoni elettorali Delegazzjonijiet L-Unjoni Ewropea hi rappreżentata mid-delegazzjonijiet u l-uffiċċji tal-UE mad-dinja kollha. Id-delegazzjonijiet huma missjonijiet diplomatiċi u huma normalment responsabbli għal pajjiż wieħed, għalkemm xi wħud huma rappreżentanti għal diversi pajjiżi. Permezz tad-delegazzjonijiet u tal-uffiċċji tal-UE l-Kummissjoni Ewropea żżomm kuntatt mal-awtoritajiet u l-popolazzjonijiet lokali mad-dinja kollha.Delegazzjonijiet tal-EU Missjonjiet ta’ pajjiżi oħrajn fl-UE Il-pajjiżi minn madwar id-dinja huma rappreżentati fl-UE permezz tal-missjonijiet diplomatiċi akkreditati mal-Unjoni Ewropea.Lista tal-missjonijiet diplomatiċi fl-UE.