Nappoġġaw lin-nies u nsaħħu s-soċjetajiet u l-mudell soċjali tagħna Ħarsa ġenerali Il-mudell soċjali uniku tal-Ewropa huwa bbażat fuq il-ħolqien tal-prosperità filwaqt li jiżgura li ħadd ma jintesa. Ksibna ħafna, iżda għad baqa’ xi jsir. Il-kriżijiet ta’ dawn l-aħħar snin ħallew impatt fuq l-istandards tal-għajxien ta’ ħafna Ewropej. In-nuqqas ta’ akkomodazzjoni affordabbli u ta’ aċċess għas-servizzi essenzjali, il-faqar u l-inugwaljanzi tal-opportunitajiet jaf idgħajfu l-għaqda ta’ bejnietna.Is-soċjetajiet u l-ekonomiji tagħna se jkomplu jevolvu. Dan ifisser li jeħtieġ niffukaw l-isforzi tagħna fuq is-sostenn u t-titjib tal-kwalità tal-ħajja li ngawdu llum. Matul il-5 snin li ġejjin, il-Kummissjoni Ewropea se taħdem biex tippromwovi l-ekwità soċjali, issaħħaħ il-koeżjoni soċjali u reġjonali, u tiżgura opportunitajiet indaqs għal kulħadd.X’jaħsbu l-Ewropej? 88 %taċ-ċittadini jqisu li Ewropa soċjali hija importanti għalihom54 %jemmnu li sal-2030 se jkollna Ewropa aktar soċjaliL-istandard tal-għajxienjitiqies bħala l-aktar prijorità soċjali importanti għall-UE Objettivi Nipprovdu opportunitajiet, stabbiltà u benesseri għal kulħaddInsaħħu l-mudell tas-suq soċjali tagħnabiex niżguraw tranżizzjoni ġusta għal kulħaddNindirizzaw l-inugwaljanza, id-disparitajiet reġjonali u d-diskriminazzjoni Kif se nilħqu l-objettivi tagħna Matul il-ftit snin li ġejjin, se naħdmu fuq dan billiNippromwovu l-ekwità soċjali fl-ekonomija moderna Sabiex niżguraw l-ekwità soċjali,se nistabbilixxu pjan ta’ azzjoni ġdid dwar l-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali ħalli nilħqu l-miri soċjali ewlenin tagħna għall-2030se nappoġġaw il-pagi ġusti, il-kundizzjonijiet tax-xogħol tajbin, it-taħriġ u t-tranżizzjonijiet ġusti minn impjieg għal ieħor permezz ta’ Pjan Direzzjonali ġdid għal Impjiegi ta’ Kwalitàse nsaħħu d-djalogu soċjali Ewropew permezz ta’ Patt ġdid għad-Djalogu Soċjali Ewropewse nindirizzaw il-kawżi ewlenin tal-faqar permezz tal-ewwel Strateġija tal-UE Kontra l-Faqarse nevitaw u nikkumbattu l-esklużjoni soċjali tat-tfal permezz tal-edukazzjoni, il-kura tas-saħħa u s-servizzi pubbliċi essenzjali billi nsaħħu l-Garanzija għat-Tfalse nindirizzaw il-kriżi tal-akkomodazzjoni billi nressqu l-ewwel Pjan Ewropew għal Akkomodazzjoni Affordabbli u noħolqu pjattaforma ta’ investiment pan-Ewropea għal akkomodazzjoni affordabbli u sostenibblise nintroduċu l-Fond Soċjali għall-Klima biex nappoġġaw ir-rinnovazzjonijiet u l-akkomodazzjoni effiċjenti fl-użu tal-enerġijase nindirizzaw il-kawżi ewlenin tat-tibdil demografikuse nnaqqsu d-disparitajiet reġjonali ħalli l-Ewropej ikunu jistgħu jgħixu u jaħdmu f’post li għalihom huwa darhom Nerġgħu ngħaqqdu s-soċjetajiet tagħna u nappoġġaw liż-żgħażagħ Sabiex inżidu s-solidarjetà fost iċ-ċittadini,se naħdmu biex nissalvagwardjaw id-drittijiet tal-minoranzise nsaħħu l-Erasmus+ biex aktar Ewropej ikunu jistgħu jiksbu ħiliet ġodda u jiżviluppaw fehim reċiproku aħjarse norganizzaw Djalogi ta’ Politika maż-Żgħażagħ annwali biex niżguraw li ż-żgħażagħ ikunu jistgħu jaqsmu l-opinjonijiet tagħhom biex isawru l-futur tal-UEse nistabbilixxu Bord Konsultattiv taż-Żgħażagħ magħmul minn żgħażagħ mill-Istati Membri kollha biex jinforma lill-President tal-Kummissjoni dwar il-problemi li jħabbtu wiċċhom magħhom iż-żgħażagħse nwettqu inkjesta fl-UE kollha dwar l-impatti usa’ tal-media soċjali fuq il-benesseri tan-niesse nindirizzaw is-servizzi online li huma mfassla biex joħolqu dipendenzase noħolqu pjan ta’ azzjoni kontra l-bullying ċibernetikuse nagħmluha aktar faċli li n-nies jibbenefikaw mill-wirt kulturali rikk u divers tal-Ewropa Nibnu Unjoni tal-ugwaljanza vera Sabiex noħolqu ugwaljanza verase naġġornaw l-istrateġija għall-ugwaljanza tal-LGBTIQ u niżviluppaw strateġija ġdida kontra r-razziżmu, ħalli kulħadd ikun jista’ jirnexxi u jmexxi, ikun min ikunse niżviluppaw pjan direzzjonali għad-drittijiet tan-nisa u strateġija ġdida għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri Il-progress s’issa Segwi l-progress ta’ inizjattivi ġodda, liġijiet proposti u bidliet leġiżlattivi skont din il-prijorità, u żomm ruħek aġġornat dwarhom Jannar 2024Is-Summit tas-Sħab Soċjali ta’ Val DuchesseIl-Kummissjoni u s-sħab tagħha jimpenjaw ruħhom li jsaħħu d-djalogu soċjali biex jindirizzaw l-isfidi ekonomiċi u dawk marbuta max-xogħol.Novembru 2023Il-Kummissjoni tistabbilixxi network tal-UE dwar il-prevenzjoni tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru u tal-vjolenza domestika Fiċ-ċentru tal-attenzjoni Qed jirnexxilna nxejnu d-diskriminazzjoni fl-UE?Fl-UE, id-diskriminazzjoni abbażi ta’ kwalunkwe raġuni hija pprojbita bil-liġi. Iżda għal ħafna nies, din għadha realtà ta’ kuljum. Sabiex tindirizza din il-problema, il-Kummissjoni ilha mill-2020 tressaq inizjattivi ġodda kontra r-razziżmu u l-antisemitiżmu, kif ukoll favur il-persuni LGBTIQ u l-komunitajiet Rom. Dan l-aħħar ġew ippubblikati rapporti ta’ progress dwar l-erbgħa li huma.Aqra aktar Aħbarijiet 29 Novembru 2024€166 million boost to the European Solidarity Corps for youth volunteering in 202529 Novembru 2024Vienna wins 2025 Access City Award for leading the way in accessibility for persons with disabilitiesSee more news Suġġetti relatatiIl-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet SoċjaliL-Istrateġija Ewropea għall-impjiegiL-Aġenda għall-Ħiliet għall-EwropaL-ugwaljanza u l-inklużjoniIl-Fond Soċjali għall-KlimaIl-politika reġjonali Min hu inkarigatRoxana MînzatuIl-Viċi President Eżekuttiv għad-Drittijiet Soċjali, il-Ħiliet, l-Impjiegi ta’ Kwalità u l-PreparatezzaRaffaele FittoIl-Viċi President Eżekuttiv għall-Koeżjoni u r-RiformiHadja LahbibIl-Kummissarju għall-Ugwaljanza kif ukoll għall-Preparatezza u għall-Ġestjoni tal-KriżijietDan JørgensenIl-Kummissarju għall-Enerġija u għall-AkkomodazzjoniMichael McGrathIl-Kummissarju għad-Demokrazija, il-Ġustizzja, l-Istat tad-Dritt u l-Protezzjoni tal-KonsumaturGlenn MicallefIl-Kummissarju għall-Ekwità Interġenerazzjonali, iż-Żgħażagħ, il-Kultura u l-Isport Dipartimenti tal-Kummissjoni Id-Direttorat Ġenerali għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-InklużjoniId-Direttorat Ġenerali għall-Edukazzjoni u l-KulturaId-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u s-Sikurezza AlimentariId-Direttorat Ġenerali għall-ĠustizzjaId-Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjonali u UrbanaId-Direttorat Ġenerali għall-Enerġija Il-prijoritajiet l-oħra tal-KummissjoniIl-kompetittivitàIs-sigurtà u d-difiżaIl-kwalità tal-ħajjaId-demokrazija u l-valuri tagħnaEwropa globaliIl-baġit u r-riforma tal-UE
Sabiex niżguraw l-ekwità soċjali,se nistabbilixxu pjan ta’ azzjoni ġdid dwar l-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali ħalli nilħqu l-miri soċjali ewlenin tagħna għall-2030se nappoġġaw il-pagi ġusti, il-kundizzjonijiet tax-xogħol tajbin, it-taħriġ u t-tranżizzjonijiet ġusti minn impjieg għal ieħor permezz ta’ Pjan Direzzjonali ġdid għal Impjiegi ta’ Kwalitàse nsaħħu d-djalogu soċjali Ewropew permezz ta’ Patt ġdid għad-Djalogu Soċjali Ewropewse nindirizzaw il-kawżi ewlenin tal-faqar permezz tal-ewwel Strateġija tal-UE Kontra l-Faqarse nevitaw u nikkumbattu l-esklużjoni soċjali tat-tfal permezz tal-edukazzjoni, il-kura tas-saħħa u s-servizzi pubbliċi essenzjali billi nsaħħu l-Garanzija għat-Tfalse nindirizzaw il-kriżi tal-akkomodazzjoni billi nressqu l-ewwel Pjan Ewropew għal Akkomodazzjoni Affordabbli u noħolqu pjattaforma ta’ investiment pan-Ewropea għal akkomodazzjoni affordabbli u sostenibblise nintroduċu l-Fond Soċjali għall-Klima biex nappoġġaw ir-rinnovazzjonijiet u l-akkomodazzjoni effiċjenti fl-użu tal-enerġijase nindirizzaw il-kawżi ewlenin tat-tibdil demografikuse nnaqqsu d-disparitajiet reġjonali ħalli l-Ewropej ikunu jistgħu jgħixu u jaħdmu f’post li għalihom huwa darhom
Sabiex inżidu s-solidarjetà fost iċ-ċittadini,se naħdmu biex nissalvagwardjaw id-drittijiet tal-minoranzise nsaħħu l-Erasmus+ biex aktar Ewropej ikunu jistgħu jiksbu ħiliet ġodda u jiżviluppaw fehim reċiproku aħjarse norganizzaw Djalogi ta’ Politika maż-Żgħażagħ annwali biex niżguraw li ż-żgħażagħ ikunu jistgħu jaqsmu l-opinjonijiet tagħhom biex isawru l-futur tal-UEse nistabbilixxu Bord Konsultattiv taż-Żgħażagħ magħmul minn żgħażagħ mill-Istati Membri kollha biex jinforma lill-President tal-Kummissjoni dwar il-problemi li jħabbtu wiċċhom magħhom iż-żgħażagħse nwettqu inkjesta fl-UE kollha dwar l-impatti usa’ tal-media soċjali fuq il-benesseri tan-niesse nindirizzaw is-servizzi online li huma mfassla biex joħolqu dipendenzase noħolqu pjan ta’ azzjoni kontra l-bullying ċibernetikuse nagħmluha aktar faċli li n-nies jibbenefikaw mill-wirt kulturali rikk u divers tal-Ewropa
Sabiex noħolqu ugwaljanza verase naġġornaw l-istrateġija għall-ugwaljanza tal-LGBTIQ u niżviluppaw strateġija ġdida kontra r-razziżmu, ħalli kulħadd ikun jista’ jirnexxi u jmexxi, ikun min ikunse niżviluppaw pjan direzzjonali għad-drittijiet tan-nisa u strateġija ġdida għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri
Qed jirnexxilna nxejnu d-diskriminazzjoni fl-UE?Fl-UE, id-diskriminazzjoni abbażi ta’ kwalunkwe raġuni hija pprojbita bil-liġi. Iżda għal ħafna nies, din għadha realtà ta’ kuljum. Sabiex tindirizza din il-problema, il-Kummissjoni ilha mill-2020 tressaq inizjattivi ġodda kontra r-razziżmu u l-antisemitiżmu, kif ukoll favur il-persuni LGBTIQ u l-komunitajiet Rom. Dan l-aħħar ġew ippubblikati rapporti ta’ progress dwar l-erbgħa li huma.Aqra aktar
29 Novembru 2024Vienna wins 2025 Access City Award for leading the way in accessibility for persons with disabilities
Roxana MînzatuIl-Viċi President Eżekuttiv għad-Drittijiet Soċjali, il-Ħiliet, l-Impjiegi ta’ Kwalità u l-Preparatezza
Hadja LahbibIl-Kummissarju għall-Ugwaljanza kif ukoll għall-Preparatezza u għall-Ġestjoni tal-Kriżijiet
Michael McGrathIl-Kummissarju għad-Demokrazija, il-Ġustizzja, l-Istat tad-Dritt u l-Protezzjoni tal-Konsumatur