Kontenut tal-PaġnaKontenut tal-Paġna X’inhi inizjattiva taċ-ċittadini? Inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej hi mezz għalik u għal Ewropej oħrajn biex tieħdu parti attiva fit-tfassil tal-politika tal-UE. Jekk tixtieq li l-UE tieħu azzjoni fuq kwistjoni partikulari, tista’ tniedi inizjattiva taċ-ċittadini, biex titlob lill-Kummissjoni Ewropea tipproponi leġiżlazzjoni tal-UE ġdida dwar dik il-kwistjoni. Biex inizjattiva tkun ikkunsidrata mill-Kummissjoni, jeħtieġlek tipperswadi miljun ċittadin mill-UE kollha jiffirmaw favuriha. Aktar dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej Kif torganizza inizjattiva? Qabel ma tniedi l-inizjattiva tiegħek, trid tistabbilixxi grupp ta’ organizzaturi Il-grupp irid ikun magħmul minn tal-anqas 7 ċittadini tal-UE li jgħixu f’tal-anqas 7 pajjiżi differenti tal-UE. M’għandhomx għalfejn ikunu ċittadini ta’ 7 pajjiżi differenti, iżda dawn iridu jkunu ta’ età li jistgħu jivvutaw fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew f’pajjiżhom. Imbagħad trid tibgħat talba ta’ reġistrazzjoni lill-Kummissjoni. Qabel ma tirreġistra l-inizjattiva proposta tiegħek, il-Kummissjoni se tivverifika numru ta’ kriterji legali, partikolarment li l-proposta tiegħek taqa’ fi ħdan qasam fejn għandha s-setgħa li taġixxi. Ladarba l-inizjattiva tiegħek tiġi rreġistrata, tista’ tistabbilixxi d-data tal-bidu għall-ġbir tad-dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ miċ-ċittadini fl-UE kollha. Niedi inizjattiva taċ-ċittadini Tgħallem, iddiskuti, ikkonnettja u ikseb pariri dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Kif tikseb tweġiba u tħalli impatt? L-inizjattiva tiegħek trid tissodisfa ċerti kundizzjonijiet, inklużi il-ġbir ta’ mill-inqas miljun firma valida il-firmatarji jridu jiġu minn tal-inqas 7 pajjiżi tal-UE (inkluż numru minimu ta’ firem minn kull pajjiż) Jekk l-inizjattiva tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha, il-Kummissjoni se tikkunsidraha. Fi żmien xahar l-uffiċjali tal-UE se jiltaqgħu miegħek Fi żmien 3 xhur ikollok smigħ pubbliku fil-Parlament Ewropew biex tispjega l-inizjattiva tiegħek Fi żmien 6 xhur il-Kummissjoni se toħroġ risposta formali – u se tispjega għaliex se tipproponi / mhux se tipproponi liġi ġdida bbażata fuq il-proposta tiegħek Aktar dwar inizjattivi mwieġba